25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie des fromages & Richesmonts vs UASI – Grupo Lactalis Iberia (Rappreżentazzjoni ta’ disinn Vichy aħmar u abjad)
(Kawża T-327/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn Vichy aħmar u abjad - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des fromages & Richesmonts (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: T. Mollet-Viéville u T. Cuche, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentement J. Crespo Carillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Lactalis Iberia SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Masson, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1295/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grupo Lactalis Iberia SA u Compagnie des fromages & Richesmonts.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Compagnie des fromages & Richesmonts hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy