14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-331/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))
(2016/C 098/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger,)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt, D. Gauci u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/318, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 24, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Mykola Yanovych Azarov fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors.
4)
Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament tat-talbiet.
5)
Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 223, 14.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy