21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ġunju 2017 – EUIPO vs Hotel Cipriani (CIPRIANI)
(Kawża T-343/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CIPRIANI - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ ksur ta’ dritt għal isem ta’ persuna magħrufa - Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 277/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Arrigo Cipriani (Venezia, l-Italja)(rappreżentanti: A. Vanzetti, G. Sironi u S. Bergia,)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hotel Cipriani Srl (Venezia) (rappreżentanti: inizjalment C. Hoole, solicitor, sussegwentement T. Alkin, B. Brandreth, barristers, W. Sander, P. Cantrill, M. Pearce, A. Hall u A. Ward, solicitors, u finalment B. Brandreth, barrister, A. Poulter u P. Brownlow, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 224/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn A. Cipriani u Hotel Cipriani.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Arrigo Cipriani għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u dawk ta’ Hotel Cipriani Srl.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy