3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Construlink vs EUIPO – Wit Software (GATEWIT)
(Kawża T-351/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali GATEWIT - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti wit software - Isem ta’ kumpannija nazzjonali preċedenti Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 104/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Construlink – Tecnologias de Informação, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Lopes Rocha u A. Bertrand, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Teixeira Baptista u C. Tomás Pedro, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1059/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel u Construlink – Tecnologias de Informação.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Construlink – Tenologias de Informação, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għal finijiet ta’ dawn il-proċeduri u minn Wit-Software, Consultoria e Software para a Internet Móvel, għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy