14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – The Smiley Company vs UASI – The Swatch Group Management Services (HAPPY TIME)
(Kawża T-352/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HAPPY TIME - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HAPPY HOURS - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 302/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I.-M. Helbig, P. Hansmersmann u S. Rengshausen, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Swatch Group Management Services AG (Biel, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2014 (Każ R 1497/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Swatch Group Management Services AG u The Smiley Company SPRL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The Smiley Company SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 28.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy