8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – CareAbout vs UASI – Florido Rodríguez (Kerashot)
(Kawża T-356/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Kerashot - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti K KERASOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni mill-Bord tal-Appell”])
(2016/C 048/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CareAbout GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: José Luis Florido Rodríguez (Sevilla, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1569/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Luis Florido Rodríguez u CareAbout GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CareAbout GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy