22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – HB et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-361/14) (1)
((“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea - Protezzjoni tal-annimali mitlufin - Effetti psikoloġiċi fuq l-adulti u t-tfal - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest tas-setgħat tal-Kummissjoni - Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011”))
(2017/C 161/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: HB (Linz, l-Awstrija) u s-sitt rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment C. Kolar, sussegwentement F. Moyse, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u J. Vondung, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2119 finali, tas-26 ta’ Marzu 2014, li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini “Ethics for Animals and Kids”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HB u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy