7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2016 – Secolux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-363/14) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ sejħa għal offerti għal kuntratt pubbliku ta’ servizzi - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Aċċess parzjali - Interess pubbliku superjuri - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 410/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction (Capellen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Prüm Carré u E. Billot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-1 u tal-14 ta’ April 2014 li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrenti l-aċċess sħiħ għal ċerti dokumenti relatati ma’ sejħa għal offerti bin-Numru ta’ referenza 02/2013/OIL u li tirrigwarda kontrolli tas-sigurtà li għandhom isiru f’diversi immobbli li jinsabu fil-Lussemburgu (ĠU 2013/S 156-271471)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy