29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Penny-Markt vs UASI – Boquoi Handels (B!O)
(Kawża T-364/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva B!O - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti bo - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 111/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Penny-Markt GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u A. Wagner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne u finalment A. Schifko, aġenti)
Parti(jiet) oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Boquoi Handels OHG (Straelen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Mels, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal- UASI, tal-21 ta’ Marzu 2014 (R 1201/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Boquoi Handels OHG u Penny-Markt GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Penny-Markt GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy