23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – August Storck vs UASI (2good)
(Kawża T-366/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 2good - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 389/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A.-C. Richter, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Frar 2014 (Każ R 996/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali 2good bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy