28.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 441/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – August Storck vs EUIPO – Chiquita Brands (Fruitfuls)
(Kawża T-367/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Fruitfuls - Użu ġenwin - Artikolu 51(1)(a) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 441/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A.-C. Richter, P. Goldenbaum, T. Melchert u T. Reher, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Poch, sussegwentement G. Schneider u D. Gája, u finalment D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chiquita Brands LLC (Charlotte, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L. Bakers, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1580/2013-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Chiquita Brands u August Storck.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1580/2013-5) hija annullata sa fejn ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara r-revoka tat-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-“ħelu” li jaqa’ fil-klassi 30 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy