23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Sequoia vs UASI – Sequoia Capital (SEQUOIA CAPITAL)
(Kawża T-369/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali SEQUOIA CAPITAL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEQUOIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))
(2015/C 389/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sequoia Capital Operations LLC (Menlo Park, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Delord, A. Rendle, solicitors, u G. Hollingworth, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sequoia Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1457/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sequoia Capital LLP u Sequoia Capital Operations LLC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sequoia Capital Operations LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy