23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Rintisch vs UASI – Compagnie laitière européenne (PROTICURD)
(Kawża T-382/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali PROTICURD - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PROTI u PROTIPLUS - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Proti Power - Raġuni relattiva għal rifjut - Ammissibbiltà - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2015/C 389/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie laitière européenne SA (Condé-Sur-Vire, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 609/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Compagnie laitière européenne SA.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI), tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 609/2011-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Bernhard Rintisch.
3)
Compagnie laitière européenne SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 282, 25.08.2014.
Full & Egal Universal Law Academy