27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-384/14) (1)
((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Setturi taċ-ċanga u vitella u tan-ngħaġ - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Korrezzjoni eżatta - Artikoli 48 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Drittijiet speċjali - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 232/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u B. Tidore, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Bianchi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/191/UE, tal-4 ta’ April 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 104, p. 43), sa fejn din teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Taljana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy