25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – FIH Holding u FIH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-386/14 RENV) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Settur bankarju - Għajnuna mogħtija lil FIH fil-forma ta’ trasferiment tal-assi żvalutati tiegħu lil sussidjarja ġdida u tax-xiri sussegwenti tagħhom minn korp inkarigat li jiggarantixxi l-istabbiltà finanzjarja - Għajnuna mill-Istat favur banek f’perijodu ta’ kriżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Ammissabbiltà - Kalkolu tal-ammont tal-għajnuna - Żball manifest ta’evalwazzjoni”)
(2019/C 399/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FIH Holding A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) u FIH A/S, li kienet FIH Erhvervsbank A/S (Kopenħagen) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, A. Bouchagiar u K. Blanck, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/884/UE, tal-11 ta’ Marzu 2014, dwar għajnuna mill-Istat SA.34445 (12/C) implimentata mid-Danimarka għat-trasferiment tal-assi relatati mal-proprjetà minn FIH għall-FSC (ĠU 2014, L 357, p. 89).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/884/UE, tal-11 ta’ Marzu 2014, dwar għajnuna mill-Istat SA.34445 (12/C) implimentata mid-Danimarka għat-trasferiment tal-assi relatati mal-proprjetà minn FIH għall-FSC, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dwak sostnuti minn FIH Holding A/S u FIH A/S.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy