10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Best-Lock (Europe) vs UASI– Lego Juris (Forma ta’ figurina tal-logħob)
(Kawża T-395/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ figurina tal-logħob - Motivi assoluti għal rifjut - Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott - Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 262/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit (rappreżentant: J. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2014 (Każ R-1695/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Best-Lock (Europe) Ltd u Lego Juris A/S.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Best-Lock (Europe) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 315, 15.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy