25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – United Vehicles (UNITED VEHICLEs)
(Kawża T-404/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UNITED VEHICLEs - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Junited - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: United Vehicles GmbH (München, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ April 2014 (Każ R 859/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG u United Vehicles GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy