19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-412/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Bejgħ ta’ ċerti attivi sfruttati minn impriża jew li jappartjenu għaliha fil-kuntest ta’ programm ta’ privatizzazzjoni - Assenza ta’ kontinwità ekonomika - Rikors mill-benefiċċjarju tal-għajnuna - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”))
(2018/C 104/30)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: I. Dryllerakis, N. Korogiannakis, I. Soufleros, E. Triantafyllou, G. Psaroudakis u E. Rantos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, É. Gippini Fournier u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1805, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA. 37954 (2013/N) – Il-Greċja – Bejgħ ta’ ċerti attivi ta’ Larco General Mining & Metallurgical Company SA. (ĠU 2014, C 156, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy