6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Wine in Black vs UASI – Quinta do Noval Vinhos (Wine in Black)
(Kawża T-420/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ appożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wine in Black - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Noval Black - Raguni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 221/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wine in Black GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bauer u V. Ahmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Vuijst u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Quinta do Noval-Vinhos, SA (Pinhão, il-Portugal)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1601/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Quinta do Noval-Vinhos, SA u Wine in Black GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1601/2013-1) hija annullata
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 08.09.2014
Full & Egal Universal Law Academy