17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Viscas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-422/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-power cables - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwu - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Tbegħid pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2018/C 328/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Viscas Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, L. Parpala, H. van Vliet u A. Biolan, aġenti, assisti minn B. Doherty, barrister)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Furukawa Electric Co. Ltd (Tokjo) (rappreżentanti: C. Pouncey, A. Luke u L. Geary, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 final tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – power cables), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Viscas Corp. hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Furukawa Electric Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy