19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – Larko vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-423/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Greċja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Kriterju tal-investitur privat - Ammont ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji”))
(2018/C 104/31)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Dryllerakis, I. Soufleros, E. Triantafyllou, G. Psaroudakis, E. Rantos u N. Korogiannakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C) (ex 13/NN) mogħtija mill-Greċja lil Larko General Mining & Metallurgical Company SA (ĠU 2014, L 254, p. 24).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Larko Geniki Metalleftiki kai Metallourgiki AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy