7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-22 ta’ Settembru 2016 – Tose’e Ta’avon Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-435/14) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontr l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Attribuzzjoni ta’ kompetenza ta’ eżekuzzjoni lill-Kunsill - Kriterju li jindirizza lill-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan - Żball ta’ liġi - Żball fattwali - Obbligi ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet fundamentali”))
(2016/C 410/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Tose’e Ta’avon Bank (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiza għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-isem tar-rikorrenti jinżamm inkluż fil-lista inkluża fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u f’dik inkluża fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), kif ikkomunikata permezz ta’ avviż tal-15 ta’ Marzu 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tose’e Ta’avon Bank huwa kkundannat għall-ispejjeż
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy