7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-437/14) (1)
([“FAEGG, taqsima ‘Garanziji’ - FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Tnaqqis u esklużjonijiet f’każ ta’ inosservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa stabbilita mill-Kummissjoni skont id-direzzjonijiet interni adottati f’dan il-qasam - Oneru tal-prova - Interpretazzjoni tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009”])
(2016/C 410/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt u J. Kraehling, aġenti, assistiti minn V. Wakefield, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Skelly u D. Triantafyllou, aġenti)
Parti konvenuta in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ disa’ entrati tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/191/UE, tal-4 ta’ April 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 104, p. 43), fir-rigward tal-entrata, inkluża fl-Anness tad-deċiżjoni, marbuta mal-korrezzjonijiet finanzjarji applikati għal spejjeż imwettqa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fl-Iskozja matul is-snin finanzjarji tal-2008, tal-2009 u tal-2010, fl-ammont ta’ EUR 5 606 459,48 minħabba l-inosservanza tagħhom tar-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy