17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Silec Cable u General Cable vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-438/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kunċett ta’ impriża - Suċċessjoni ekonomika - Ksur uniku u kontinwu - Prova tal-ksur - Tbegħid pubbliku - Tul tal-parteċipazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2018/C 328/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Silec Cable SAS (Montereau-Fault-Yonne, Franza) u General Cable Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Sinan, barrister u I. De Beni, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn D. Bailey, barrister)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali, tat-2 ta’ April 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis fl-ammont tal-multi imposti fuqhom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Silec Cable SAS u General Cable Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy