17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – LS Cable & System vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-439/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Ksur uniku u kontinwat - Prova suffiċjenti - Kontribut għall-uniku għan tal-ksur - Konoxxenza tal-elementi prinċipali tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Ammont bażiku - Paragrafu 18 tal-Linji Gwida - Gravità tal-ksur - Proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2018/C 328/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LS Cable & System Ltd (Anyang-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: S. Kinsella u S. Spinks, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, A. Biolan u N. Khan, sussegwentment N. Khan u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn de B. Rayment, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.
Dispożittiv
1.
Ir-rikors huwa miċħud.
2.
LS Cable & System Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy