17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Taihan Electric Wire vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-446/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Ostakoli insurmontabbli - Inapplikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE - Tul tal-parteċipazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2018/C 328/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Taihan Electric Wire Co. Ltd (Anyang-si, Il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, C. Giolito u H. van Vliet, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Taihan Electric Wire Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy