17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – NKT Verwaltungs u NKT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-447/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2018/C 328/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NKT Verwaltungs GmbH, li qabel kienet nkt cables GmbH (Köln, il-Ġermanja) u NKT A/S, li qabel kienet NKT Holding A/S (Brøndby, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. Kofmann u B. Creve, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
NKT Verwaltungs GmbH u NKT A/S huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy