17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Fujikura vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-451/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2018/C 328/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fujikura Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: L. Gyselen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, C. Giolito u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn M. Johansson, avukat)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Viscas Corp. (Tokjo) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fujikura Ltd hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy