27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Laboratoroires CTRS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-452/14) (1)
([“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Prodotti mediċinali orfni - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Cholic Acid FGK (magħruf bħala Kolbam) - Indikazzjonijiet terapewtiċi - Esklużività kummerċjali - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nruo141/2000”])
(2015/C 245/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoroires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, P. Mihaylova u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Preliminarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nruo726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, sa fejn hija tindika, essenzjalment, li t-tqegħid fis-suq ta’ dan il-prodott mediċinali huwa awtorizzat għall-indikazzjonijiet terapewtiċi tal-prodott mediċinali Orphacol, jew, sussidjarjament, titlob l-annullament tal-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nruo726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Laboratoires CTRS.
3)
ASK Pharmaceuticals GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy