24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – TAO AFI u SFIE PE vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-456/14) (1)
([“Remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal tal-Unjoni - Adattament annwali - Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 - Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ atti - Nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet sindikali”])
(2016/C 392/32)
Lingwa tal-kawża: il-franċiż
Partijiet
Rikorrenti: L’association des fonctionnaires indépendants pour la défense de la fonction publique européenne (TAO-AFI) (Brussell, il-Belġju) u Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens – Section du Parlement européen (SFIE PE) (Brussell) (rappreżentanti: M. Casado García Hirschfeld u J. Vanden Eynde, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u E. Taneva, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li jaġġustaw, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 u mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5 u p. 12rispettivament).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L’association des fonctionnaires indépendants pour la défense de la fonction publique européenne (TAO-AFI) u s-Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens – Section du Parlement européen (SFIE-PE) huma kkundannati għall-ispejjeż.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy