13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – Österreichische Post vs Il Kummissjoni
(Kawża T-463/14) (1)
((“Direttiva 2004/17/KE - Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali - Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17 - Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2016/C 211/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Österreichische Post AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Schatzmann, J. Bleckmann u M. Oder, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u C. Vollrath, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annuallament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/184/UE tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ April 2014, li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (ĠU L 101, p. 4), sa fejn din id-direttiva tkompli tapplika għall-għoti ta’ kuntratti għal ċerti servizzi postali fl-Awstrija.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/184/UE tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ April 2014, li teżenta ċertu servizzi fis-settur postali fl-Awstrija mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali, hija annullata sa fejn hija tindika li din id-direttiva tkompli tapplika għas-suq tas-servizzi postali ta’ ittri b’indirizz bejn klijenti professjonisti, u bejn klijenti professjonisti u klijenti privati fuq livell internazzjonali fl-Awstrija.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Österreichische Post AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll tmienja minn għaxra ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy