14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Bon Net vs UASI – Aldi (Bon Appétit!)
(Kawża T-485/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Bon Appétit! - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Бон Аnemú u Bon Apetí - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 098/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bon Net OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim/Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Kolks, C. Fürsen, N. Lützenrath u U. Rademacher, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ April 2014 (Każ R 1199/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bon Net OOD u Aldi GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bon Net OOD hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u minn ALDI GmbH & Co. KG.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy