14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Stavytskyi vs Il-Kunsill
(Kawża T-486/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-foondi u tar-rikors ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))
(2016/C 098/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Edward Stavytskyi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta u M. Gambardella, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annulament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 111, p. 91), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 111, p. 33), sa fejn isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Edward Stavytskyi.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Edward Stavytskyi.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy