21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – CHEMK u KF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-487/14) (1)
((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja - Dazju antidumping definittiv - Eżami mill-ġdid tal-iskadenza tal-miżuri - Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni - Entità ekonomika unika - Dazju antidumping mgħoddi fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat matul investigazzjoni preċedenti - Kontinwazzjoni jew deher mill-ġdid tad-dumping u tad-dannu - Artikolu 2(9), Artikolu 3 u Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru l-Artikolu 2(9), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament (UE) 2016/1036)))
(2019/C 25/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja) u Kuzneckie Ferrosplavy OAO (KF) (Novokouznetsk, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Evtimov u M. Krestiyanova, avukati)
Konvenuta: Il-Kumimssjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França, J.-F. Brakeland, A. Stobiecka-Kuik u A. Demeneix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Euroalliages (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2014 tad-9 ta’ April 2014 li jimponi dazju ta’ antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU 2014, L 107, p. 13), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie Ferrosplavy OAO (KF) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Euroalliages għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy