4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Deutsche Umwelthilfe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-498/14) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Dokumenti relatati mal-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-impriżi jew il-manifatturi tal-karozzi dwar ir-rifriġerant R1234 użat fil-vetturi bil-mutur - Dokumenti mhux elenkati - Motiv ġdid imqajjem fil-kors tal-kawża - Inammissibbli - Miżura ta’ istruzzjoni li tordna l-produzzjoni tad-dokumenti kontenżjużi konformement mal-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura - Deroga mill-prinċipju tal-kontradittorju - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Interess pubbliku fl-iżvelar - Ibbilanċjar - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Interess pubbliku ogħla mill-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-ambjent jew l-emissjonijiet fl-ambjent - Preżunzjoni ġenerali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2019/C 82/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe eV (Radolfzell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Klinger u R. Geulen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Clotuche-Duvieusart u J. Vondung, sussegwentement minn F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti, inizjalment assistiti minn R. van der Hout u A. Köhler, sussegwentement minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni GESTDEM 2014/547, tat-2 ta’ Ġunju 2014, li tikkonferma r-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti kollha relatati mal-iskambju ta’ korrispondenza bejn il-Kummissjoni, minn naħa, u l-impriżi Honeywell u DuPont jew il-manifatturi tal-karozzi, min-naħa l-oħra, matul il-perijodu minn Settembru 2011 sa April 2012 u minn Settembru 2012 sal-aħħar ta’ Jannar 2014, rigward ir-refriġerant R1234yf użat fil-vetturi bil-mutur.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni GESTDEM 2014/547, tat-2 ta’ Ġunju 2014, sa fejn tikkonċerna l-partijiet inizjalment mgħottija tad-Dokument Nru 34 li, sussegwentement, ġew ippubblikati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Deutsche Umwelthilfe eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 329, 22.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy