4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Vidmar et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-507/14) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni - Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni”))
(2016/C 118/29)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Partijiet
Rikorrenti: Vedran Vidmar (Zagreb, il-Kroazja) u l-21 rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: D. Graf, avukat), u Darko Graf (Zagreb) (rappreżentanti: D Graf, sussegwentement minn L. Duvnjak, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Ječmenica u G. Wils, aġenti)
Suġġett
Rikors għad danni maħsub sabiex jiġi riżarċit id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni waqt is-segwitu tagħha tal-osservanza tal-impenji tal-adeżjoni mir-Repubblika tal-Kroazja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huma miċħud.
2)
Vedran Vidmar u Darko Graf kif ukoll u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy