19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Green Source Poland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-512/14) (1)
([“Rikors għal annullament - FEŻR - Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Rifjut li jingħata kontribut finanzjarju għal proġett kbir - Impriża responsabbli mit-twettiq tal-proġett - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])
(2017/C 195/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Green Source Poland sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Clausen u B.-R. Killmann, sussegwentement B.-R. Killmann u R. Lyal, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2289 finali, tas-7 ta’ April 2014, li tirrifjuta l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Xiri u implementazzjoni ta’ teknoloġija innovattiva ta’ manifattura ta’ biokomponenti għall-produzzjoni ta’ biofuel”, li jagħmel parti mill-programm operattiv “Ekonomija innovattiva” għall-interventi strutturali fil-kuntest tal-objettiv “Konverġenza” fil-Polonja,
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Green Source Poland sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy