11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-515/14 P u T-516/14 P) (1)
([“Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aċċess għal dokumenti - Ċaħda tat-talba ta aċċess għall-mistoqsijiet b’għażla multipla magħmula fl-eżamijiet ta’ aċċess - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Qasam ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Artikolu 270 TFUE - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal”])
(2016/C 007/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Zewġ appelli ppreżentati kontra s-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014, Alexandrou vs Il-Kummissjoni (F-34/13, ĠabraSP, EU:F:2014:93 u F-140/12, ĠabraSP EU:F:2014:94), u intiżi għall-annullament ta’ dawn is-sentenzi.
Dispożittiv
1)
L-appell fil-Kawża T-516/14 P huwa miċħud.
2)
Fil-Kawża T-515/14 P, is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Mejju 2014, Alexandrou vs Il-Kummissjoni (F-34/13), hija parzjalment annullata sa fejn:
—
naqset milli twieġeb l-ewwel motiv sa fejn kien ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn ċirkustanzi partikolari kienu ġġustifikaw li jingħata aċċess lil Christodoulos Alexandrou għall-mistoqsijiet inkwistjoni;
—
tiċħad ir-raba’ motiv.
3)
Il-kumplament tal-appell fil-Kawza T-515/14 P huwa miċħud.
4)
Ir-rikors fil-Kawża F-34/13 huwa miċħud, sa fejn huwa bbażat, minn naħa, fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati sa fejn C. Alexandrou kien invoka ċirkustanzi partikolari li jiġġustifikaw l-aċċess tiegħu għal mistoqsijiet inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, jew inkella għal rimedju effettiv.
5)
Fil-Kawża T-516/14 P, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
6)
Fil-Kawża T-515/14 P, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy