25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie générale des établissements Michelin vs UASI – Continental Reifen Deutschland (XKING)
(Kawża T-525/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja XKING - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti X - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Compagnie générale des établissements Michelin (Clermont-Ferrand, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Carlini, sussegwentement minn E. Carrillo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1522/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie générale des établissements Michelin u Continental Reifen Deutschland GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1522/2013-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Compagnie générale des établissements Michelin.
3)
Continental Reifen Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014
Full & Egal Universal Law Academy