18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2015 – Matratzen Concord vs UASI – Barranco Rodriguez u Barranco Schnitzler (Matratzen Concord)
(Kawża T-526/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Matratzen Concord - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti MATRATZEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 016/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Selting, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Botis, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mariano Barranco Rodriguez (Sant Just Desvern, Spanja) u Pablo Barranco Schnitzler (Sant Just Desvern) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ April 2014 (Każ R 1523/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Mariano Barranco Rodriguez u Pablo Barranco Schnitzler u, min-naħa l-oħra, Matratzen Concord GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Matratzen Concord GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy