25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Information Resources vs UASI (Growth Delivered)
(Kawża T-528/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Growth Delivered - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 027/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Information Resources, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Schulte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1777/2013-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Growth Delivered bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Information Resources, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy