25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – adp Gauselmann vs UASI (Multi Win)
(Kawża T-529/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multi Win - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Pohlmann u S. Hanne, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2014 (Każ R 1326/2013-1),dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Multi Win bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy