19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Verein StHD vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żigarella sewda)
(Kawża T-530/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żigarella sewda - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 346/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verein Sterbehilfe Deutschland (Verein StHD) (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Brauns, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1940/2013-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żigarella sewda bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Verein Sterbehilfe Deutschland (Verein StHD) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy