18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Peri vs EUIPO (Multiprop)
(Kawża T-538/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multiprop - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”]))
(2016/C 136/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (trade marks u disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)
Suġġett
Rikors għal annulament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2014 (Każ R 1661/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Multiprop bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 329, 22.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy