14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2016 – Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris vs UASI – Vicente Gandía Pla (ILLIRIA)
(Kawża T-541/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja ILLIRIA - Trade mark verbali preċedenti CASTILLO DE LIRIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2016/C 098/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris Srl (Salice Salentino, l-Italja) (rappreżentanti: D. Russo u V. Wellens, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vicente Gandía Pla SA (Chiva, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2014 (Każ R 917/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vicente Gandía Pla, SA u Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris Srl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Antica Azienda Agricola Vitivinicola Dei Conti Leone De Castris Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy