11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2015 – Société des produits Nestlé vs UASI – Terapia (ALETE)
(Kawża T-544/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALETE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALETA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Suspensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nruo2868/95”])
(2016/C 007/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Terapia SA (Cluj Napoca, ir-Rumanija)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1128/2013-4), tad-19 ta’ Mejju 2014, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Terapia SA u Société des produits Nestlé SA
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1128/2013-4) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tas-Société des produits Nestlé.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy