3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (COMPETITION)
(Kawża T-550/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMPETITION - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 363/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 2082/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali COMPETITION bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 329, 22.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy