20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Navarro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-556/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjoni ta’ interess - Kwalifiki minimi meħtieġa - Rifjut ta’ reklutaġġ - Ksur tal-Artikolu 116(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Żball ta’ liġi - Żnaturament tal-fatti”))
(2015/C 236/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Victor Navarro (Sterrebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2014, Navarro vs Il-Kummissjoni (F-46/13, ĠabraSP, EU:F:2014:104), u intiż li jannulla din is-sentenza
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
V. Navarro huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy