18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – BrandGroup vs UASI – Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele (SPEZOOMIX)
(Kawża T-557/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPEZOOMIX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Spezi - Raġuni relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 136/43)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BrandGroup GmbH (Bechtsrieth, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raible, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider u A. Schifko, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele KG (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schlecht, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 941/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele KG u BrandGroup GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BrandGroup GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy