11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Research Engineering & Manufacturing vs UASI – Nedschroef Holding (TRILOBULAR)
(Kawża T-558/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali TRILOBULAR - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 007/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Research Engineering & Manufacturing, Inc. (Middletown, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: S. Malynicz, G. Hollingworth, barristers, K. Gilbert u M. Gilbert, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nedschroef Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Mejju 2014 (Każ R 442/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nedschroef Holding BV u Research Engineering & Manufacturing, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Research Engineering & Manufacturing, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy